Home Podcasts Aphroconfuso
Aphroconfuso

Aphroconfuso

Aphroconfuso 81 Episodes Sep 6, 2026

Il-podcast tal-ġurnal letterarju Aphroconfuso, li jesplora l-identità Maltija permezz ta' kitbiet u diskussjonijiet. L-isem ġej minn deskrizzjoni storika tal-poplu Malti bħala ta' karattru imħallat bejn Sqalli u Afrikan. Il-ġurnal ifittex li jmur lil hinn mid-diskors tradizzjonali dwar il-Malti u l-Ingliż, u jħaddan orizzonti ġodda tal-ilsien Malti, inkluż l-użu tiegħu minn barranin. Il-podcast joffri riflessjonijiet dwar il-kultura u l-lingwa f'Malta b'mod kurjuż u kunfidenti.

Episodes

“siġra tal-lewż” - Jasmine Bajada
“siġra tal-lewż” - Jasmine Bajada Sep 6, 2026 1:46 għażiża poeta,meta nkun qed insuq u ninnota,għall-ewwel darba, is-siġar tal-lewżmogħni bil-fjur roża, inħossninimtela — se nfur — bix-xewqali nikteb din ix-xbieha. mhux hekknixtiequ mill-poeżija?... kompli aqra “siġra tal-lewż” fuq https://aphroconfuso.mt/jasmine-bajada-siġra-tal-lewż/“siġra tal-lewż” ta’ Jasmine Bajada hija meħuda mill-ktieb tagħha Ittri lil Poeta Żagħżugħa, pubblikazzjoni Aphroc
Fejn Ħallejtha r-Rota Meta Ħrabt? - Karl Schembri
Fejn Ħallejtha r-Rota Meta Ħrabt? - Karl Schembri Aug 24, 2026 23:16 « L-immaġni tar-raġel bir-rota baqgħet f’moħħi għal snin twal mindu pproċessajtha u kienet ippubblikata. Meta faqqgħet il-gwerra fuq l-Ukrajna, reġgħet feġġet lura f’moħħi b’iżjed qawwa. X’sar minnu dal-proxxmu bla isem? Fejn mar bir-rota, dat-teżor żgħir imħolli lilu f’nofs dil-ħerba? U kienet proprju din l-immaġni f’moħħi meta ktibt “Fejn ħallejtha r-rota meta ħrabt?” X’sar minnu dar-raġel, u he
Siġra bil-Frott - Nathan Anthony Pace
Siġra bil-Frott - Nathan Anthony Pace Jul 24, 2026 1:27 Din il-poeżija hija reazzjoni għall-pittura Fruit Tree ta’ Harold Ancart f’wirja dwar Milton Avery u l-influwenza tiegħu fuq artisti kontemporanji.https://aphroconfuso.mt/nathan-anthony-pace-siġra-bil-frott/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Distanzi Twal - Jean Paul Borg
Distanzi Twal - Jean Paul Borg Jul 21, 2026 28:49 « L-esklussività tad-dinja tal-baħar fissret solitudni aktar intensa, u aktar kemm ikun fond aktar tintensifika. Il-baħar baxx, il-qiegħ tista’ tmissu b’saqajk speċjalment fil-bidu ta’ xi bajja, jistieden lin-nies, jagħmlu aktar aċċessibbli, kważi kważi anki jekk ma tafx tgħum. Għandu element ta’ frivolità, huwa parti minn bajja, jistieden il-logħob bil-ballun, taf ukoll li tista’ ddawwar denbek x
Bur Mgħeż (tnedija) - Omar N’Shea
Bur Mgħeż (tnedija) - Omar N’Shea Jul 14, 2026 59:06 « Nassoċja dawn il-postijiet mal-istejjer tan-nies, mal-attivitajiet tan-nies, u bdejna nisimgħu dawn l-istejjer fuq il-barriera stess. Waqt l-okkupazzjoni tal-militar Ingliż f’din il-barriera kien ukoll qed isir ix-xogħol tas-sess. Allura ħafna mit-tfal tal-lokal kienu jiġu mbeżżgħa biex ma jmorrux ’l hemmhekk u bdew jinbtu ħafna stejjer dwar l-erwieħ illi jinstemgħu jgħajtu billejl.  Kulħad
Noti Editorjali: Ryan Falzon
Noti Editorjali: Ryan Falzon Jun 17, 2026 1:00:32 « Karozza ibrida hija newtrali. L-ibridu bla ħoss, l-ibridu ma tistax tbagħbas fih. Bl-ibridu x’tagħmel? Tista’ twaħħallu sticker mit-Temu mal-ġenb. Jiġifieri ma tantx tista’ eżattament tagħmlu tiegħek bħalma stajt iġġib spanner u tiftaħ il-karburatur tal-magna tal-karozza li għadek kif ġibt u tara x’jiġri. Jiġifieri hemm ħafna inqas intrużjoni fuq il-karozzi l-ġodda. Biss, qegħdin naraw nies illi
Jisimni Gianna - Loranne Vella
Jisimni Gianna - Loranne Vella Jun 12, 2026 1:13:22 « Dwar il-korla tan-nannu ma’ wliedu sirt naf ħafna wara, wara li ommi mietet, meta z-ziju beda jiftaħ qalbu miegħi dwar it-tfulija tiegħu kull meta kont nistaqsih biex jiddeskrivili kif kienet ħajjithom meta kienu żgħar biex ikolli iktar ma’ xiex niggranfa ladarba ma stajtx nitkellem iżjed m’ommi. Irrakkuntali dwar id-dixxiplina iebsa li kellu missieru fuqu, dwar is-swat, l-umiljazzjoni, il-kliem
Noti Editorjali: Jimmy Grima
Noti Editorjali: Jimmy Grima Jun 6, 2026 1:02:57 Jimmy Grima jitkellem ma’ Joe Gatt, waqt din l-edizzjoni ta’ Noti Editorjali, dwar it-traġitt tiegħu mit-teatru għall-esej, dwar ir-riċerka għal xogħol performattiv, kif ukoll għal kitba esejistika u għal dik akkademika. Ukoll dwar it-traġitt tiegħu mit-teatru f’Malta għal dak fin-Netherlands u issa għal darb’oħra lura Malta bħala parti mill-kollettiv Rubberbodies. Jimmy jitkellem ukoll dwar l-imp
Qarn (taħdita) - Romeo Roxman Gatt
Qarn (taħdita) - Romeo Roxman Gatt May 16, 2026 1:04:01 Fit-23 ta’ April, fiċ-Ċentru għall-Kultura, Edukazzjoni u Informazzjoni f'Ħ’Attard, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb kellna taħdita dwar Qarn ta’ Romeo Roxman Gatt, li din is-sena qed jiġi meqjus għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kategorija tal-letteratura mhux fittizja.Jiddiskutu dan il-ktieb waqt is-serata kien hemm Joe Gatt, Kurt Borg u Omar N'Shea. Niki Young immodera. Hosted on Acast.
Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress (tnedija) - Loranne Vella
Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress (tnedija) - Loranne Vella Apr 13, 2026 1:08:57 Beverly Agius f’taħdita ma’ Loranne Vella waqt it-tnedija tar-rumanz Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress li saret fl-10 ta’ April fil-kwartieri tal-Friends of the Earth Malta.https://aphroconfuso.mt/kotba-loranne-vella-travi-taċ-Ċedru-saqaf-taċ-Ċipress/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress (silta) - Loranne Vella
Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress (silta) - Loranne Vella Apr 4, 2026 15:57 Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress se jiġi ppubblikat fl-10 ta’ April 2026.It-tnedija se ssir fis-7pm fil-kwartieri tal-Friends of the Earth Malta, Xatt iċ-Ċangatura, il-Furjana. Ordna l-ktieb minn fuq il-website u ejja iġbru waqt it-tnedija.F’nofs ħajjitha, mara titlaq mill-belt bi ħsibijietha u b’tifkirietha. Tmur lura s-s
Noti Editorjali: Nathan Anthony Pace
Noti Editorjali: Nathan Anthony Pace Jan 28, 2026 40:31 « Naħseb li r-reliġjon hija t-tieni lingwa tiegħi, illum. Il-Malti, imbagħad ir-reliġjon. ’Qas l-Ingliż. Għax nikbru fihom, u tant kont involut fil-Mużew. Kienet esperjenza pożittiva ħafna għalija. L-allużjonijiet bibliċi, pereżempju t-teoloġija, il-morali, id-duttrina, id-dommatika, dawn l-affarijiet nafhom u nitkellem bihom. Ix-xbihat noħodhom mir-reliġjon anki fil-kitba letterarja tiegħi. Noħod

Recommended