Home Podcasts Il-Ħass Mal-Bass
Il-Ħass Mal-Bass

Il-Ħass Mal-Bass

Kurt u Sarah 45 Episodes Dec 13, 2025

Il-poddata ideali għal min iħobb iħallat il-ħass mal-bass, miġjub lilkom minn Kurt u Sarah.

Episodes

IL-ĦASS MAL-BASSELS 2: Min Hu L-Essħown, Opinjonijiet Impopolari, Trolley Problems Dec 13, 2025 01:05:06 Kurt u Sarah jerġgħu jimmassimizzaw l-islayyaġni konġunta tagħhom f'kamra qalb Brussell sabiex flimkien jiddiskutu assolutament xejn. Allura jerħulha għal fuq Reddit sabiex jagħtu parir dwar okkorrenzi ta' ħaddieħor li ħadd ma talab parir imġiddem dwarhom.Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)Logo: Félix (IG @felix.afc)
IL-ĦASS MAL-BASSELS: Ir-Ritorn Trijonfali dirett minn Brussell Dec 1, 2025 01:05:39 Il-Ħass Mal-Bass jerġa’ lura għal episodju speċjali miġjub lilkom minn qalb Brass Eels u l-crack huwa aqwa minn qatt qabel. Kurt u Sarah jaqsmu brudatini li ilhom ibaqbqu għal xi żmien, filwaqt li jirriflettu fuq l-aktar aġġornament riċenti u pertinenti f’ħajjithom.Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)Logo: Félix (IG @felix.afc)
S2E18: Dating Apps, Ħbiberiji Diġitali, u Ħiliet Soċjali Sep 10, 2024 01:13:22 Fl-episodju tal-lum nieħdu spunt minn brudatina li rċevejna mill-udjenza u nittrasformawha f’sessjoni taħraq tal-Qaħbarijiet. Kemm hu tal-bruda li tuża dating apps u tiltaqa’ mal-maħbubinu tiegħek online? L-ispazju diġitali qiegħed inaqqar mill-kapaċità tagħna ninteraġixxu wiċċ imb wiċċ?  Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq
S2E17: X'Jiġifieri Tkun Taf Tuża Lingwa "Sew"? Sep 3, 2024 01:13:27 'Il fuq minn 40 episodju wara, illum fuq il-ĦMB nerġgħu niddedikaw it-tema ewlenija għas-suġġett inawgurali tal-poddata, jiġifieri l-lingwa Maltija u l-imġiba kultant bażwija tagħna fil-konfront tagħha. U nerġgħu nittantaw xortina b'segment tal-ftuħ miġbud live! Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime&q
S2E16: Video Games għal Video Gays – u ĦMB Live? Aug 27, 2024 01:05:14 Lana del Rey veru kellha raġun meta ħarġet Video Games, u fl-episodju tal-lum huwa eżatt hekk li niddiskutu – minn logħob li kbirna bih fi tfulitna, għal-logħob li għadu jġegħilna nfaqqgħu ċ-ċenteżmi fil-but fuq Steam. UUUU, brudatina speċjali rrekordjata live quddiem udjenza spettakolari ta' 8 vittmi! Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta&
S2E15: L-Oġġettifikazzjoni... u Kliem Ieħor Diffiċli Aug 19, 2024 01:09:02 Fl-episodju tal-lum, Kurt u Sarah jitkellmu dwar kif huma stess jitkellmu dwar ħaddieħor, meta d-diskussjoni tieħu dawra kemxejn pikkanti. Kif inkunu rispettużi meta ngħidu li xi ħadd mazza jew tal-gdim, u xi jħoll u jorbot jekk diskors huwiex rispettuż jew le? Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta&#
S2E14: Il-Konfessjonijiet Imbarazzanti Tagħna Lkoll Aug 13, 2024 00:53:29 F'dan l-episodju, Kurt u Sarah jaqraw u jiddiskutu l-konfessjonijiet anonimi li bgħattulna u jisfidaw il-limit ta' x'inhu wisq TMI u x'mhuwiex. Jikkwistjonaw ukoll il-volum esaġerat tal-mużika fil-gyms, u għalfejn tant ristoranti jinsistu li jservulek butir mal-ħobż li qisu blokka silġ. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta'
S2E13: Xi Jqabbadkom Bruda? (Brudatina Special) Aug 6, 2024 00:53:46 L-episodju tal-lum huwa miġjub minnkom l-udjenza, fejn insiru nafu aħjar xi jqabbadkom bruda u lmenti oħrajn li qed iberrnu f'raskom. Naqraw il-brudatini li bgħattulna, filwaqt li nħawru l-konverżazzjoni bi ftit brudatini tagħna stess. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċ
S2E12: brat summer Jul 30, 2024 01:04:44 Meta aħna ngħidu BUMPIN, into tgħidu THAT! Minn ilwien t'aħdar jgħajjat għall-aktar żifna popolari ta' bħalissa fuq TikTok, it-365 party girls jeżaminaw il-fenomenu ta' brat summer li ħakem l-isferi tal-media soċjali minn taħt grazzi għal omm il-gays kollha fid-dinja, Charli XCX. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għ
S2E11: Il-Bokka bl-Avukati u t-Tobba Jul 23, 2024 01:08:04 Fl-episodju tal-lum (suppost) niddiskutu r-rumantiċizzazzjoni nazzjonali tal-kariġi ta' avukat u tabib, diskussjoni li xi ftit jew wisq tiżvolġi fi lmenti li jolqtu l-kura tas-saħħa u servizzi legali. Nistaqsu wkoll għaliex il-prezzijiet online huma tant differenti minn dawk li ssib fil-ħanut proprju, u l-infestazzjoni massakrabbli tan-nemel. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)
S2E10: Vizzji, Logħob tal-Azzard, u "iGaming" Jul 16, 2024 01:09:18 Fl-għaxarepisodjuversarju tat-tieni staġun, Kurt u Sarah jitfgħu d-damma għal saqajha u jittantaw l-opinjonijiet ta' xulxin fejn tidħol il-kultura tal-logħob tal-azzard li nfirxet madwar Malta. Jissoktaw ukoll il-brudatini mill-udjenza u anki brudatina mingħand Sarah issa li bdiet tieħu nota fiżika ta' kull avveniment f'ħajjitha li jiskomodalha l-istonku. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u S
S2E9: Nies Fitti Jiddiskutu Fitness u Kif Inħarsu lejn Ġisimna Jul 9, 2024 01:06:05 Fl-episodju tal-lum, Kurt u Sarah iħarrġu l-kordi vokali tagħhom f'diskorsata li tolqot kollox marbut mal-eżerċizzju, mill-attività fiżika nnifisha għall-perċezzjoni li għandna lejn ġisimna bħala vettura miexja ta' laħam. Mhux hekk biss, iżda jinġiebu għall-ewwel darba brudatini esklussivi mingħandkom stess, l-udjenza brudeska tagħna! Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Lo

Recommended