Home Podcasts Jon Mallia Podcast
Jon Mallia Podcast

Jon Mallia Podcast

Jon Mallia 228 episodes Nov 17, 2026

L-aktar podcast popolari f'Malta. Diskussjoni ħielsa fejn niltaqa' ma' kull xorta ta’ persuna biex niddiskutu kull xorta ta’ ħsieb. Bla agenda. Bla ċensura.

Episodes

IL-MALTI GĦAD JIĠI F'PUNT DGĦAJJEF ĦAFNA | Kurt Meli
IL-MALTI GĦAD JIĠI F'PUNT DGĦAJJEF ĦAFNA | Kurt Meli Nov 17, 2026 02:29:34 Kurtrumbajsa huwa content creator magħruf bħala għall-videos tiegħu fuq il-Malti.Però lil hinn mil-lingwa naqbduha fuq il-qagħda soċjopolitika tal-pajjiż, kif jgħix ir-realtà ta' tribaliżmu bħala żagħżugħ u l-iżjed ħaġa li ddejqu f'Malta.Jgħidli wkoll minn fejn ġiet l-idea ta' kontenut bil-Malti, x’jaħseb li għandu jsir biex il-Malti ma jkomplix jiddgħajjef u għalfejn jaħseb li l-Malti
IL-KAVALLIERI MA RIDUX JIĠU MALTA | Mario Coleiro
IL-KAVALLIERI MA RIDUX JIĠU MALTA | Mario Coleiro Nov 10, 2026 02:02:07 Ma’ Mario naqbadha dwar is-sehem li żmien il-medjuevu u żmien il-Kavallieri kellhom fuq l-identità tagħna bħala Maltin.Naqbduha fuq kif nibtet in-nobbiltà Maltija, il-ġlieda tal-Maltin għad-drittijiet tagħhom u għalfejn il-Maltin li kienu jmorru għall-corso.Jgħidli wkoll kif kibret il-festa Maltija, il-Granmastru li kien jitkellem bil-Malti u l-istorja tal-isqof Malti li għadda lill-Kavallieri min
IL-MAMÀ MIETET U ĦADET IL-FERĦ KOLLU MAGĦHA | Gillian Attard
IL-MAMÀ MIETET U ĦADET IL-FERĦ KOLLU MAGĦHA | Gillian Attard Nov 3, 2026 01:37:49 Gillian hija kantanta u għalliema tal-kant.Naqbduha fuq it-tfulija tagħha, il-vjaġġ mal-mużika u għalfejn tagħti qalbha lill-kantanti tagħha.Tgħidli wkoll dwar it-telfa ta’ ommha, kif reġgħet sabet lil missierha u xi jfisser għaliha dak iż-żmien miegħu illum.Ħajr lil Alberta, Garmin, ESS, Pata Artisanal, Brown's, Maypole, Melita, Defender, Teatru Malta u BusinessLabs. Jekk jogħġbok dan il-kont
MA NIBŻAX INFALLI | Jonathan Shaw
MA NIBŻAX INFALLI | Jonathan Shaw Oct 27, 2026 02:56:59 Fost ħafna affarijiet oħra, Jonathan kien CEO ta’ Welbees, ikkrea l-ewwel pjattaforma tal-online travel Maltija u kien il-moħħ wara Teatru Unplugged.Naqbduha fuq il-ħila li jibda mill-ġdid, dak li sab meta daħal fil-politika u l-agħar żmien fil-karriera tiegħu.Jgħidli wkoll x’għallmuh it-tfal tiegħu, x'parir jagħti lil min iħossu mwaħħal u d-darba li tella' lill-MTA il-qorti.Ħajr lil Alber
RIDT INKUN BĦALL-PAPA` | Pawlu Borg Bonaci
RIDT INKUN BĦALL-PAPA` | Pawlu Borg Bonaci Oct 21, 2026 03:56:33 Pawlu bniedem UNIKU.U jkolli ngħid li wara dal-Podcast il-ħbiberija tagħna ssaħħet sew. F'dawn l-aħħar jiem, Pawlu tilef lil missieru. U minkejja li dal-Podcast inġibed qabel ma telaqna l-kbir Carmelo, tul it-taħdita kien evidenti kemm fisser għal Pawlu. Għaldaqstant jien u t-tim nixtiequ nagħtu l-iżjed kondoljanzi sinċera lill-familja.Fil-fehma tiegħi dan Podcast li se jdaħħaq, jemozzjona u j
95% TAL-PROSTITUTI JKOLLHOM TRAWMA SESSWALI | Anna Maria Vella
95% TAL-PROSTITUTI JKOLLHOM TRAWMA SESSWALI | Anna Maria Vella Oct 13, 2026 02:30:49 Anna hija d-direttriċi klinika ġewwa d-Detox u fundatriċi ta' Dar Hosea. Naqbduha fuq ir-relazzjoni bejn il-prostituzzjoni u d-droga, it-tendenzi ta' min jisfa' vittma tas-sustanzi u l-irwol tat-trobbija f'dan kollu.Tgħidli wkoll l-iżjed stejjer xokkanti ta' ommijiet, nisa tqal u tfal li ltaqgħet magħhom tul dawn l-aħħar 30 sena u x'tgħallmet minnhom.Ħajr lil Alberta, Garmin, ESS, Pata Artisanal,
MA TANTX KAPAĊI NAĦSBU LONG TERM BĦALA PAJJIŻ | Silvan Mifsud
MA TANTX KAPAĊI NAĦSBU LONG TERM BĦALA PAJJIŻ | Silvan Mifsud Oct 4, 2026 02:07:52 Nitkellem mal-Viċi President tal-Kamra tal-Kummerċ dwar l-iżjed issues urġenti fit-tħejjija għall-budget li ġej.Naqbduha fuq kif qed jonfoq il-flus il-gvern u xi jfisser dan kollu għaċ-ċittadin. Jidħlu fix-xena t-turiżmu, il-wegħdiet li saru fl-aħħar elezzjoni u s-sussidji.Jgħidli wkoll għalfejn il-missjoni tal-Kamra tal-Kummerċ hija ħafna usa' minn lobby group tan-negozjanti.Biex tirreġistra
QATT MA KONT NOĦLOM LI ĦA NSIR KEITH TAL-AĦBARIJIET | Keith Demicoli
QATT MA KONT NOĦLOM LI ĦA NSIR KEITH TAL-AĦBARIJIET | Keith Demicoli Sep 30, 2026 02:59:09 Il-perkors ta' ħajjet Keith jiżboq bil-wisq dak tal-bank tal-aħbarijiet.Naqbduha fuq il-mewt ta' missieru, kif l-imħabba lejn il-football biddlitlu ħajtu u dak li tgħallem minn ħajja fix-xandir.Jgħidli wkoll għalfejn iqis lilu nnifsu ffortunat fl-isfortuna.Ħajr lil Alberta, Garmin, ESS, Pata Artisanal, Brown's, Maypole, Melita, Defender, MaxMotion u BusinessLabs. Jekk jogħġbok dan il-k
NAGĦTU L-IMPRESSJONI LI YOU CAN GET AWAY WITH MURDER | Nicholas Briffa
NAGĦTU L-IMPRESSJONI LI YOU CAN GET AWAY WITH MURDER | Nicholas Briffa Sep 14, 2026 02:05:39 Ma' Nicholas niddiskuti l-impatt psikoloġiku tal-ġuri ta' Daphne fuq is-soċjetà Maltija.Naqbduha fuq xi jwassal biex partit politiku jsir parti mill-identità ta' xi wħud, minn fejn jiġi s-sens ta' rassenjazzjoni u kif in-nies jaħsbu dwar x'inhu tajjeb u ħażin.Jgħidli ukoll dwar l-iżjed ħaġa li tinkwetah dwar dan il-każ. Ħajr lil Alberta, Garmin, ESS, Pata Artisanal, Brown's
NETWORKING IS MY IDEA OF A NIGHTMARE | Jacqui Losco
NETWORKING IS MY IDEA OF A NIGHTMARE | Jacqui Losco Jul 21, 2026 01:36:40 Barra li hija oħt Ira, Jacqui hija preżentattriċi u content creator.Magħha nitkellem dwar kif spiċċat tippreżenta Serataron, ir-relazzjoni tagħha maż-żfin u x'tagħmel bil-kummenti negattivi li tirċievi fuq il-midja soċjali. Nistaqsiha wkoll għaliex tħossha nerd, għaliex ma timmaġinahiex tqila u kif għexet l-esperjenza ta' Ira fil-Eurovision.Ħajr lil Brown's, ESS, Melita, Maypole, Alber
IL-KAVALLIERI KELLHOM EGO KBIR | Tonio Mallia
IL-KAVALLIERI KELLHOM EGO KBIR | Tonio Mallia Jul 6, 2026 01:47:26 Tonio Mallia jmexxi l-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann. Jgħidli l-istorja ta' kif il-Konkatidral spiċċa minn dak li hu jirreferi għalih bħala 'garaxx' għall-post ta' prestiġju li hu llum, kif Caravaggio sab ruħu f'Malta u x'kien jiġri mit-tfal illeġittimi tal-Kavallieri, fost ħafna u ħafna kurżitajiet oħra.Nistaqsi wkoll għal xiex kien iwassal l-ego kbir tal-Kavall
L-EDUKAZZJONI GĦANDHA SSIB L-AĦJAR FIL-BNIEDEM | Morgan Parnis
L-EDUKAZZJONI GĦANDHA SSIB L-AĦJAR FIL-BNIEDEM | Morgan Parnis Jun 23, 2026 01:59:37 Morgan Parnis huwa intraprenditur u l-fundatur tan-Knights College.Nitkellmu fit-tul dwar in-nuqqasijiet fis-sistema edukattiva f'Malta, għaliex iddeċieda li jniedi n-Knights College u l-bidu diffiċli bħala intraprenditur.Jgħidli wkoll dwar l-istanzi tat-trobbija tiegħu li wassluh għal fejn qiegħed illum, kif ipaċi l-irwol ta' intraprenditur ma' dak ta' missier u l-aspirazzjonijiet

Recommended