Radju Leħen il-Belt Ġorġjana huwa l-istazzjon tal-komunità ta' Ħal Qormi, imħaddem mill-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri, li jxandar fuq 105.6 FM. Il-programmi tiegħu jduru madwar il-festa ta' San Ġorġ, it-talb u l-quddies, il-marċi tal-banda, mużika Maltija u taħditiet għall-Qriema.
